Mexxejja jfakkru D-Day

A man places a flower on a tomb before the Royal British Legion’s commemoration ceremony for the 75th anniversary of D-Day, at the Commonwealth War Cemetery in Bayeux, France, June 6, 2019. REUTERS/Pascal Rossignol

Read in English.

Il-mexxejja ta’ Franza u tar-Renju Unit fakkru s-sagrifiċċju tal-veterani ta’ D-Day fil-75 anniversarju tal-akbar invażjoni mill-baħar li qatt saret. Din wittiet it-triq għal-liberazzjoni tal-Punent tal-Ewropa mill-Ġermanja taħt l-okkupazzjoni tan-Nazi.

Waqt l-inawgurazzjoni ta’ sit li jfakkar it-22,000 suldat taħt il-kmand tal-Ingilterra li nqatlu fis-6 ta’ Ġunju 1944 u fil-battalja ta’ Normandy, il-Prim Ministru Ingliż Theresa May tat ġieħ lill-qlubija tas-suldati. Ħafna minnhom kienu għadhom subien meta telgħu fuq l-art qalb l-isparar mill-Ġermaniżi.

Waqt attivita żgħira li għaliha attendew Macron u veterani, May qalet li huwa impossibbli li wieħed jifhem il-qlubija li kellhom is-suldati dakinhar biex jaqbżu mill-vapuri  minkejja l-battalja qalila li kienet għaddejja.