Mexxej tal-Al-Qaeda jinqatel fl-Afghanistan

Il-qawwiet Afgani stqarrew li qatlu mexxej militanti tal-Al-Qaeda imfittex mill-Istati Uniti.

Abu Muhsin al Masri kien fuq il-lista tal-aktar nies imfittxija mill-FBI. Dan il-qtil ġara ftit siegħat wara l-bomba suwiċida fi skola fil-kapitali Afgana, Kabul. Din il-bomba ħalliet tal-inqas 24 persuna mejta. Huwa mifhum li 57 persuna qed jieħdu kura fl-isptar.

Il-qtil ta’ Al Masri seħħ fiż-żmien meta għaddejjin it-taħditiet għall-paċi bejn it-Taliban u l-Afghanistan biex tieqaf il-gwerra bejniethom.

Residenti f’distretti fil-punent ta’ Kabul, u li huma minoranza tal-komunità Shite Hazara, spiss ikunu mira minn estremisti Sunni tal-Istat Iżlamiku.