Mewt u għira

Fis-sitt puntata mis-sensiela It-Tmien Nota naraw in-niket ta’ Bella għall-qtil ta’ Edward. Tiddiskuti  ma’ Manfred min seta’ kien li wasal biex qatel. Manfred ifakkarha li fil-karriera tagħha, biex waslet safejn waslet, żgur li kien hemm min kien jgħir għaliha u li ma felaħx jaralha s-suċċess kienet qed tikseb. Jibdew jiddiskutu min seta’ kien, jew kienet.

Bella u Manfred jaqblu li hemm aktar minn persuna waħda li xtaqu jagħmlulha d-deni. Imma min minnhom?

Sadattant naraw lil Angela, ħabiba ta’ Bella, tgħidilha li xi ġranet qabel rat lil Edward jitkellem ma’ Nora. Bella ma tiħux pjaċir b’din l-aħbar għax taf kemm il-mara qatt ma kellha grazzja magħha sa minn meta kienet żghira. Angela tinforma lil Bella li meta kienu jitkellmu għaddew xi karti bejniethom li mill-boghod ukoll setgħet tara li kienu xi ittri. Imma ittra ta’ min? Ta’ Bella lil Edward? Jew ta’ Nora lil Edward? Jew xi ħaġa oħra?

It-Tmien Nota tixxandar fuq TVM fit-3pm.

Is-sensiela, li oriġinarjament ixxandret fl-2008, għandha kitba ta’ Joseph A Cachia bi produzzjoni ta’ DeeMedia.tv. Jieħdu sehem Ruth Casingena, Analise Psaila, Patrick Vella, Theresa Gauci, Henry Zammit Cordina, Mariella Delmar, Rita Camilleri, Malcolm Galea, Rennie Vella, Renald Formosa, Paul Caruana, Daphne Said, Katrina Bonnici, Stephan Farrugia, Gabriella Borg u Neville Refalo.