Mewt Tifla: 3 xhur u nofs wara l-inkjesta mhix konkluża

L-inkjesta dwar it-tifla Niġerjana ta’ seba’ snin li mietet matul il-lejl tal-Ħadd 21 ta' Jannar, għadda mhix konkluża, tliet xhur u nofs wara mewtha
Il-Ministru għall-Familja Michael Falzon qal fil-Parlament li l-inkjesta li twaqqfet mill-Gvern immexxija mill-Imħallef Emeritus Philip Sciberras ma ngħatat l-ebda terminu ta’ żmien.
Il-Ministru kien qed iwieġeb għall-mistoqsija supplimentari tad-deputat Nazzjonalista Claudio Grech.
Il-mewt f’qasir l-għomor ta’ Victoria ta’ seba’ snin kienet qajmet għagħa kbir fil-pajjiż b’uħud issotnu li possibilment b’azzjoni f’waqtha mill-awtoritajiet biex tkun evitata din is-sitwazzjoni ta’ traskuraġni u abbandun.
Il-Gvern ċaħad dawn l-akkużi u waqqaf inkjesta.