Ritratti: Mewġa ta’ sħana fil-Ġappun toqtol in-nies

REUTERS/Issei Kato

It-temperatura f’belt viċin ta’ Tokyo laħqet rekord meta telgħet 41.1 grad Celsius. Mewġa ta’ sħana fil-Ġappun s’issa qatlet daqs 23 persuna, u bagħtet eluf l-isptar għall-kura.

Din it-temperatura rrekordjata f’Kumagaya qabżet ir-rikordju ta’ 41C f’Kochi f’Awwissu tal-2013.

Fost dawk li mietu s’issa, hemm tifel tal-primarja li ma felaħx għas-sħana meta ħarġu ma’ tal-iskola biex imorru l-bandli billi mxew għal 20 minuta.