Assassinju Daphne: Metsola bi pressjoni fuq il-Presidenza biex tinfetaħ inkjesta

ll-membru parlamentari Ewropew tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola, għamlet appell lill-presidenza l-ġdida tal-Unjoni Ewropea Finlandiża, sabiex tingħaqad ma’ forzi oħra u titlob għall-inkjesta pubblika dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, issa li għadda ż-żmien stipulat mill-Kunsill tal-Ewropa biex biex issir din l-inkjesta.

Il-Koordinatriċi tal-Grupp parlamentari tal-PPE għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, qalet kif wara li nqatlu żewġ ġurnalisti, Daphne Caruana Galizia u Jan Kuciak, il-membri tal-Kunsill tal-Ewropa għandhom jisħqu fuq l-importanza li tinfetaħ inkjesta pubblika sabiex tiġi assigurata ġustizzja.