Metsola tiltaqa’ ma’ Zuckerberg; “se naraw bidliet, forsi anke f’Malta”

L-Ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola lbieraħ iltaqgħet mal-fundatur u l-Kap Eżekuttiv ta’ Facebook, Mark Zuckerberg.

Fuq Facebook, Metsola ddeskriviet id-diskussjoni li kellha ma’ Zuckerberg bħala tajba ħafna. Żiedet tgħid li f’din l-era diġitali, il-koleġiżlaturi u l-kumpaniji tat-teknoloġija għandhom jagħtu sehemhom biex iżommu n-nies u n-negozji siguri fuq l-internet; li jwaqqfu l-mibegħda u l-estremiżmu waqt li tiġi mħarsa l-privatezza; biex tissalvagwardja l-libertà tal-kelma waqt li tiġġieled id-diżinformazzjoni. Metsola qalet li dan jeħtieġ bilanċ delikat, “imma wieħed li naħseb jista’ jinkiseb”.

L-Ewroparlamentari sostniet li hija ottimista li dalwaqt se jseħħu bidliet, “forsi anke f’Malta u Għawdex”, li se jmexxu dawn l-ideat ‘il quddiem.

Very good discussion yesterday with Facebook's Mark Zuckerberg. In this digital age, legislators and tech companies have…

Posted by Roberta Metsola on Tuesday, February 18, 2020