Metsola se tmexxi grupp parlamentari kontra l-korruzzjoni

Maltese Member of European Parliament Roberta Metsola talkls to demonstrators as she leaves the Prime Minister's office after a meeting with Prime Minister Joseph Muscat, in Valletta, Malta December 3, 2019. REUTERS/Vincent Kessler

Read in English.

Il-Membru Parlamentari Ewropew Malti Roberta Mersola ġiet appuntata President tal-Intergrupp parlamentari ġdid tal-Parlament Ewropew u se tmexxi grupp kontra l-korruzzjoni flimkien mal-MEP Daniel Freund.

Dwar din il-ħatra, Metola qalet li hu unur għaliha li se tkun qed tmexxi dan il-grupp il-ġdid ma’ Freund għaliex għalkemm ġejjin minn kampijiet politiċi differenti jinsabu fuq l-istess front kontra l-korruzzjoni.

Metsola qalet li tinsab determinata li tuża din il-pjattaforma biex turi li l-għaġir ta’ Keith Schembri, Joseph Muscat u Konrad Mizzi ma jiddefinixxux il-popolazzjoni Maltija.

 “Il-kriżi politika u kostituzzjonali f’Malta trid tkun katalist għall-bidla wkoll fuq livell Ewropew. Jeħtieġ li jkollna mekkaniżmi fis-seħħ biex niżguraw li għandna l-għodda li tipprevjeni l-kriminalità u l-korruzzjoni fl-ogħla livelli ta’ stati membri tal-UE.

“F’sitwazzjonijiet ta’ kriżi bħal Malta, in-nies iħarsu lejn l-Unjoni Ewropea għal tmexxija legali u morali. Għandna bżonn azzjoni konkreta u biex dan iseħħ l-UE jeħtieġ li tiżviluppa strumenti li jipproteġu lin-nies mill-korruzzjoni u l-kriminalità. Il-korruzzjoni toqtol. Daphne Caruana Galizia ġiet maqtula minħabba li esponiet il-korruzzjoni fl-ogħla livelli ta’ Gvern,” Metola qalet.

Metsola qalet li huwa ta’ unur għaliha li se tkun qed tmexxi dan il-grupp ġdid ma’ Daniel Freund għaliex għalkemm ġejjin minn kampijiet politiċi differenti, jinsabu fl-istess paġna fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Il-Membru Parlamentari Ewropew Daniel Freund li se jippresjedi l-intergrupp il-ġdid qal “Il-każ ta ‘Daphne Caruana Galizia juri l-effetti tossiċi tal-korruzzjoni u n-nepotiżmu fl-Ewropa u jagħmel ix-xogħol tal-intergrupp kontra l-korruzzjoni aktar relevanti.”