Metsola l-aktar MEP Maltija attiva f’5 snin – MEP Ranking

Il-Membru tal-Parlament Ewropew tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola ġiet klassifikata bħala l-aktar MEP Maltija attivita fl-aħħar ħames snin skont is-sit MEPRanking.eu.

Fi stqarrija Metsola qalet li kull MEP Malti dejjem jaħdmu għall-poplu li jirrapreżenta. Qalet ukoll li tinsab kuntenta b’dan ir-rikonoxximent.

Kif ikklassifikaw l-MEPs Maltin?

http://www.mepranking.eu

Dan ifisser li filwaqt li fl-ewwel post ġiet Metsola, l-MEP Francis Zammit Dimech mill-istess partit ġie l-aħħar. Miriam Dalli ġiet l-ewwel mill-Partit Laburista filwaqt li Alfred Sant ġie l-aħħar mill-partit tiegħu.

Għall-kuntrarju tal-MEPs l-oħra, Zammit Dimech ġie elett fis-sajf tal-2017, madwar sentejn ilu, wara r-riżenja tal-MEP Nazzjonalista Therese Comodini Cachia. Din kienet rebħet siġġu fl-elezzjoni ġenerali lokali ta’ dik is-sena u issa isservi bħala Membru Parlamentari Nazzjonali.

Skont is-sit, il-klassifika hija bbażata fuq erba’ kategoriji. Dawn huma rapport, stqarrija, rwoli, u attendenza. Hemm ukoll punti għal kemm jtellgħu Tweets l-MEPs.

Metsola kienet rebħet il-premju tal-MEP tas-sena fl-2015.