Metsola fost l-ewwel 10 mexxejja żgħażagħ fl-Ewropa

Il-Membru tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ntgħażlet fost l-ewwel għaxar mexxejja żgħażagħ fl-Ewropa.
Metsola qalet li tinsab kburija li ntgħażlet fost l-ewwel għaxra tal-kompetizzjoni li ġiet organizzata minn Friends of Europe. Din ilha għaddejja sitt snin. 
L-MPE saħqet li dan juri li l-ħidma li wieħed iwettaq bħala MPE qed itejjeb tassew il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini Ewropej.
Qalet li dan l-unur se jgħinha biex tkun tista’ tkompli tirrappreżenta lill-Maltin u lill-Għawdxin. Qalet li qed tistenna bi ħġara biex tiddibatti dwar ir-rispett tal-liġi u aktar soluzzjonijiet għall-Unjoni Ewropea fil-Parlament Ewropew biex din tkompli ttejjeb il-ħajja taċ-ċittadini tal-UE.