Meteorita tolqot it-Tuneżija

Meteorita kbira laqtet in-nofsinhar tat-Tuneżija.

Il-meteorita ntlemħet fis-sema wara li fiż-żona nstemgħu tliet splużjonijiet żgħar.

Il-ħsejjes u x-xeni qishom mill-films tal-aħħar tad-dinja ħallew impatt negattiv fuq ir-residenti Tuneżini tal-post.

Jirriżulta li ma ġewx irrappurtati imwiet iżda fuq il-post waslu membri tal-armata kif ukoll ħaddiema tat-tifi tan-nar.

Il-post eżatt fejn niżlet il-meteorita hija żona riżervata u dan l-aħħar xhur kienet qed tintuża mill-Gvern Tuneżin bħala post għat-taħriġ tal-armata kontra t-terroriżmu.

Fil-passat il-post serva bħala xenarju għall-film Star Wars.