“Meta żammejtek għall-ewwel darba nsejt l-uġigħ kollu li għaddejt minnu” – omm Kersten

Ritratt: Facebook/KerstenGraham

Messaġġ ta’ awgurju lill-kantant u mużiċist Kersten Graham li rajna fost il-parteċipanti fil-kompetizzjoni ta’ X Factor Malta. Twieled bħal-lum il-15 ta’ Lulju tal-1993 u llum qed jiċċelebra għeluq is-27 sena tiegħu.

Fost id-diversi messaġġi li Kersten kellu f’okkażjoni ta’ għeluq sninu kien hemm dak ta’ ommu Jackie li ftakret kif bħal-lum 27 sena hi kellha tifel u kif il-ħlas kein wieħed diffiċli. “Meta żammejtek għall-ewwel darba f’dirgħajni nsejt l-uġigħ kollu li għaddejt minnu,” irrakkuntat hi.

L-omm saħqet kif il-mużika minn dejjem kienet parti importanti mill-ħajja ta’ Kersten u llum huwa wieħed mill-mużiċist mimlija talent li għandna fuq il-gżira tagħna.

“Nittama li s-sena li ġejja se ġġibllek aktar suċċessi, saħħa u mħabba,” awguratlu l-omm.

Ritratt: Facebook/KerstenGraham

Ad multos annos!