“Meta xi ħadd jistona u ma tagħfsux il-buzzer jibdew jitilgħuli” – Howard

Ir-raba’ programm mill-ewwel staġun ta’ Malta’s Got Talent fetaħ b’diskussjoni bejn l-erba’ membri tal-ġurija Howard, Maxine, Sarah, Ray kif ukoll Gordon.

Huma tkellmu dwar meta jkun hemm bżonn li jagħfsu l-buzzer biex iwaqqfu artist milli jkompli jkanta.

“Il-buzzer għal kulħadd huwa differenti. Għalija huwa l-breaks qabel xi ħadd jidħol fil-ħajt,” qal Howard.

“Meta xi ħadd jistona u ma tagħfsux il-buzzer jibdew jitilgħuli,” kompla jirrimarka Howard, iżda jidher li l-membri l-oħra tal-ġurija ma jaqblux miegħu.

Int x’taħseb dwar dan il-kumment? Taqbel jew ma taqbilx ma’ Howard?

Ikkumenta hawn taħt jew ibgħatilna fuq info@newsbook.com.mt