Meta tmur Paceville dejjem tarah dan – ara kif inbidel

Min jaf kemm-il darba ftehmt ma' sħabek biex tiltaqgħu quddiem Burger King ta' Paceville li għal bosta snin donnu baqa' jidher dejjem l-istess
Iżda dan reġa’ fetaħ is-Sibt, 28 ta’ April, wara xogħol estensiv ta’ tisbiħ. L-istabbiliment ikoniku tal-Burger King issa għandu dehra moderna li tolqot l-għajn u li tilqgħek. F’kontinwità mal-impenn ta’ Food Chain, li toffri lill-klijenti esperjenza mill-aqwa fir-restoranti tagħha, fuq ġewwa ntużaw materjali naturali, kuluri jgħajtu li jagħtu aktar ħajja, u dwal adattati biex ikompli jtejbu l-ambjent. Il-marka Burger King reġgħet ħadet il-ħajja b’din il-laqta distintiva ġdida, bil-grafika użata abbinata mal-ikel, u b’għażla ta’ postijiet komdi fejn toqgħod bilqiegħda tiekol mal-ħbieb. L-istabbiliment ta’ Paceville huwa l-ewwel wieħed li ġie rranġat u msebbaħ bl-aħħar disinn tal-Burger King.