“Meta tlift id-dawl t’għajnejja, Louis Refalo ġie jżurni l-isptar”

NET News

Il-Parlament illum fakkar il-memorja tal-Eks deputat Għawdxi Louis Refalo li serva fil-Parlament għat-tliet leġislaturi konsekuttivi bejn l-1981 u l-1996.

L-iktar rakkont kommoventi kien tad-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar li ġej mill-istess raħal ta’ Refalo jiġifieri r-raħal Għawdxi tax-Xagħra.

Cutajar qal li meta tilef id-dawl ta’ għajnejh fl-1991, Refalo kien mar jarah l-isptar. Huwa qal li Louis magħruf bħala “tal-qaddis” kien il-punt ta’ referimenti għalih sa minn ċkunitu.

Titħabbar il-mewt tal-eks MP tal-PN Louis Refalo

Min-naħa tiegħu, l-ispeaker Anġlu Farrugia li kien membru parlamentari, kollega ta’ Louis Refalo, qal li tant kien iġib rispett li meta nqaleb il-Gvern fl-1996, il-Gvern Laburista kien żamm lill-istess Refalo fuq il-bord tas-SeaMalta minħabba x-xogħol siewi li kien wettaq.