Meta tista’ żżur lir-residenti ta’ Kordin?

L-iskeda tal-ħinijiet tal-viżitaturi tal-qraba ma’ residenti fil-Faċilità ta’ Kordin ma ratx tibdil.

Il-Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista, Edwin Vassallo staqsa lill-Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali, Michael Farrugia, dwar il-ħinijiet tal-viżitaturi tal-qraba tar-residenti tal-Faċilità ta’ Kordin. Huwa staqsa għal-liema raġuni sar it-tibdil fil-ħinijiet, u x’inhuma l-ħinijiet eżatt.

L-Onorevoli Michael Farrugia, saħaq li ma kien hemm l-ebda tibdil fil-ħinijiet u li baqgħu l-istess kif kienu qabel.

L-iskeda tal-ħinijiet għall-visti mit-Tnejn sal-Ħadd hija din:

Filgħodu

  • 9am sal-9.45am
  • 10am sal-10.45am
  • 11am sal-11.45am

Waranofsinhar

  • 2pm sat-2.45pm
  • 3pm sal-3.45pm
  • 4pm sal-4.45pm