“Meta tifraħ bi żjara, avolja pulizija minħabba l-kwarantina” – Ray Calleja

Ray-Calleja kwarantina

L-attur Ray Calleja huwa wieħed mill-Maltin li qiegħed kwarantina ġo daru peress li kien imsiefer fil-jiem li għaddew. Fuq Facebook huwa kiteb li anke bil-pulizija li żaruh waqt l-ispezzjoni tal-kwarantina ħa gost, peress li tal-anqas mar iżuru xi ħadd.

Calleja u żewġu kienu Sqallija u kellhom jinġiebu lura Malta permezz tal-għajnuna tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.

Huwa ta’ sikwit ixerred kitba jew ritratt fuq Facebook tal-esperjenzi tiegħu fl-14-il ġurnata kwarantina. Xi ikla ġdida, xi pjanta li kabbar… u lbieraħ xerred ritratti tal-pulizija li għamlulu l-ispezzjoni tal-kwarantina.

Meta tifrah li gie jarak xi hadd allavolja il-pulizija u Environment Health Officers jizguraw li ghadek gewwa kwarantina. Well done boys The Malta Police Force keep up the good work. ❤️

Posted by Ray Calleja on Sunday, March 15, 2020

Sal-bieraħ kienu saru 224 spezzjoni, u minn dawn, inqabdu erba’ persuni li ma kinux f’darhom minkejja li suppost kienu qegħdin kwarantina.

Skont il-miżuri mħabbrin mill-Gvern il-ġimgħa li għaddiet kontra t-tixrid tal-coronavirus, kull min jinqabad jikser il-kwarantina, jeħel €1,000 għal kull ġurnata li jinqabad barra.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn