Meta terġa’ tibda l-iskola, it-tfal se jkollhom jilbsu l-maskri u l-visors?

boy-wearing-surgical-mask-695954

Dr Tanya Melillo, Konsulent għas-Saħħa Pubblika qalet li għadu ma ġiex diskuss xi proċeduri se jiġu segwiti meta terġa’ tibda l-iskola. Fissret li dwar jekk it-tfal għandhomx jilbsu l-maskri u l-visors għall-iskola, wieħed irid jiddiskuti aktar ‘il quddiem.

“Nafu żgur li l-virus se jibqa’ magħna, fid-dinja kollha.  F’ċerti staġuni se jkun aktar preżenti minn oħrajn. Aħna nittamaw li fis-sajf il-virus imut peress li ma tantx jista’ jgħix fis-sħana. Għall-kuntrarju, fix-xitwa għandu aktar ċans jgħix, u għaldaqstant jista’ jfeġġ fix-xitwa li ġejja”, kompliet tispjega Dr Melillo.

Irrimarkat li sa issa għadu mhux magħruf jekk min ħa l-marda hux se jkollu immunità għal ħajtu kollha jew għal perjodu ta’ żmien biss. Il-konsulent fissret li l-uniku mezz li wieħed jista’ jkollu immunità kontra l-mard hu bil-vaċċin. Madanakollu “ħadd ma jaf meta ġej”, żiedet tgħid. Sostniet li hemm pajjiżi li qed jaħdmu fuq il-produzzjoni ta’ dan il-vaċċin, iżda dan jeħtieġ ħafna clinical trials biex ikun assigurat li hu sigur u effettiv.

Rappurtaġġ Addizzjonali: Liz Cutajar

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn