Meta ssiefru żżurux swieq tal-annimali – Supretendenza tas-Saħħa

A woman adjusts her mask to prevent an outbreak of a new coronavirus at the Hong Kong West Kowloon High Speed Train Station, in Hong Kong, China January 23, 2020. REUTERS/Tyrone Siu

Read in English.

Is-supretendenza għas-Saħħa Pubblika qed javża lill-pubbliku biex meta isiefru ma jżurux swieq jew postijiet fejn jinżammu annimali jew annimali mejta, jevitaw nies morda bi problemi respiratorji u jżommu ma’ prattiċi ta’ iġene tajba.

Is-Supretendenza tas-Saħħa pubblika qal li l-isptarijiet Maltin huma preparati għal kull eventwalità. Ħabbar li hemm diversi miżuri li qed jittieħdu, fosthom aktar sorveljanza, komunikazzjoni diretta mal-WHO, u t-twaqqif ta’ tim ta’ azzjoni f’każ li jiġi identifikat xi każ f’pajjiżna.

Fi Stqarrija, is-Supretendenza qalet li inħoloq tim ta’ koordinazzjoni biex jilqa’ għal kull sitwazzjoni li tista’ tinħoloq bit-tixrid tal-virus Coronavirus. Malta qegħda f’kuntatt kontinwu mal-organizazzjoni dinjija għas-Saħħa dwar l-aħħar żviluppi.

Sa issa għadhom ma daħlu fis-seħħ l-ebda restrizzjonijiet fuq vjaġġar lejn ir-reġjun Asjatiku.

Intqal li f’laqgħa li saret il-ġimgħa li għaddiet, l-kumitat ta’ emerġenza tal-organizazzjoni dinjija għas-Saħħa qal li għadu kmieni wisq biex il-coronavirus tiġi ddikjarata bħala Public Health Emergency of International Concerns.

In-numru tal-vittmi li mietu bil-coronavirus issa tela’ għal 41 persuna. Dan hekk kif il-marda nxterdet miċ-Ċina lejn 11-il pajjiż ieħor.

Il-Kummissjoni Nazzjonali Ċiniża għas-Saħħa rrapportat żieda sinjifikanti fin-numru ta’ persuni infettati bil-virus, bil-pazjenti issa jammontaw għal 1,287.

Każi ta’ nies infettati bil-coronavirus kienu reġistrati fit-Tajlandja, il-Vjetnam, Singapore, il-Ġappun, il-Kroea tIsfel, it-Taiwan, in-Nepal, Franza, l-Istati Uniti, l-Awstralja u l-Malażja.