Meta se tqattar il-ġimgħa d-dieħla?

Il-ġimgħa d-dieħla t-temp għandu jkun daqxejn varjat – xita, sħab, u anke ġurnata xemxija.

Skont l-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fl-ewwel ġurnata tal-ġimgħa t-temp għandu jkun il-biċċa l-kbira msaħħab.

It-Tlieta u l-Erbgħa wieħed jista’ jistenna ħalbiet tax-xita f’temperatura ta’ madwar 26°C. Il-Ħamis u s-Sibt għandhom ikunu kkaraterizzati bis-sħab filwaqt li x-xemx għandha tkun qed tiżreġ.

Uffiċċju Meteoroloġiku MIA