Meta se ssir il-Maratona tal-Futbol u Volleyball ta’ Puttinu?

Read in English.

Is-60 siegħa Maratona tal-Futbol u Volleyball b’risq Puttinu Cares reġgħet magħna, hekk kif se ssir fil-Marsa Sports Grounds bejn il-Ġimgħa 13 ta’ Settembru, u l-Ħadd 15 ta’ Settembru.

Tista’ tibbukkja il-logħba tiegħek billi tagħfas hawn.

Mill-maratona tal-2017 inġabru €2,062,648, b’385 tim jipparteċipa. Din hija il-15-il edizzjoni tal-maratona.

Il-fondi li jinġabru se jkunu qed jiffinanzjaw proġett fiċ-ċentru ta’ Londra sabiex il-pazjenti u l-qraba tagħhom ikunu jistgħu jgħixu ħajja aktar komda waqt li jkunu qed jirċievu l-kura, hekk kif ikunu qrib l-isptar.