Meta se ssir il-finali taċ-Champions League?

Uefa qed tippjana biex jekk jista’ jkun il-finali taċ-Champions League jkun fid-29 ta’ Awwissu biex itemm l-istaġun 2019-20. Se ssir laqgħa tal-UEFA fit-23 ta’ April fejn ser jinżammu aktar diskussjonijiet biex jaraw jekk dan jistax isir u b’hekk jispiċċaw il-logħob kollu tal-kompetizzjoni li tħarbat minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Jidher li hemm mnejn li minbarra d-deċiżjoni dwar il-finali, l-UEFA trid tagħti l-approvazzjoni tagħha biex il-leagues fl-Ewropa jintemmu kmieni. Imma xi wħud jaħsbu li l-aħjar mod ikun li l-logħob li fadal jintlagħab kollu sal-aħħar ta’ Awwissu.

Jekk dan isir jista’ jfisser li l-finali taċ-Champions League tintlagħab f’Istanbul fit-Turkija fid-29 ta’ Awwissu waqt li l-finali tal-Europa League tintlagħab tlett ijiem wara fi Gdansk fil-Polonja.

Hemm żewġ xenarji dwar kif isir il-logħob sal-finali tal-Europa League. L-ewwel wieħed hu li l-logħob tal-kwarti tal-finali u tas-semi-finali jintlagħbu bħas-soltu fuq żewġ logħbiet f’Lulju u f’Awwissu. Waqt li t-tieni xenarju hu li t-timijiet li fadal jilagħbu f’mini tournament ta’ ġimgħa wara li jintemmu l-logħbiet tal-leagues domestiċi.

Erbgħa mit-tmien timijiet fil-kwarti tal-finali taċ-Champions League diġà huma magħrufa waqt li għad trid issir il-logħba deċiżiva bejn Manchester City u Real Madrid.