Meta se jkollna l-ħames album minn Justin Bieber?

Permezz tal-midja soċjali, Justin Bieber u martu Hailey ħabbru li sal-aħħar tas-sena se jitnieda l-ħames album ta’ dan il-kantant.

L-album il-ġdid se jkun il-follow up għall-album Purpose li l-kantant kien ħareġ fl-2015.

Bieber u martu marġu l-aħbar ftit sigħat ilu fuq l-Instagram tal-kantant permezz ta’ vidjo li kien imwassal live biex b’hekk hu seta’ jaqsam din l-aħbar mal-eluf ta’ segwaċi tiegħu.

Filwaqt li dan se jkun l-ewwel album ta’ Bieber f’dawn l-aħħar erba’ snin, il-kantant f’dan il-perjodu kien involut f’numru ta’ kollaborazzjonijiet mużikali fosthom ma’ Ed Sheeran b’I Don’t Care, u r-remix Bad Guy ta’ Billie Eilish.