Meta se jerġa’ jiftaħ il-Parlament?

Il-Parlament mistenni jerġa’ jiftaħ għas-seduti tiegħu mit-Tnejn 7 ta’ Ottubru fl-4pm.

Fuq il-website tal-Parlament wieħed jista’ jaċċessa l-aġenda li se tkun qed tiġi diskussa f’din l-ewwel seduta. Id-diskussjoni se tinkludi:

  1. It-tieni qari tal-amenda għall-Abbozz tal-Eko-Kontribuzzjoni
  2. It-tieni qari tal-Abbozz tal-Edukazzjoni
  3. It-tieni qari tal-Abbozz dwar l-Edukazzjoni Terzjarja
  4. It-tieni qari tal-Abbozz dwar l-Għalliema u l-Professjonijiet Edukattivi
  5. It-tieni qari tal-amenda għall-Abbozz dwar il-Professjoni tal-Counselling
  6. It-tieni qari tal-Abbozz dwar l-Ugwaljanza
  7. It-tieni qari tal-Abbozz dwar il-Kummissjoni għad-Drittijiet Umani u l-Ugwaljanza

Dan propju ġimgħa qabel ma jitħabbar il-baġit għas-sena 2020, li se jiġi mħabbar fl-14 ta’ Ottubru. Il-baġit jiddikjara b’mod dettaljat kif il-Gvern ikun se jqassam in-nefqa tiegħu f’sena partikolari.

Aqra: Baġit 2020: Meta se jitħabbar?