Meta se jagħtina ftit nifs?

Nhar il-Ġimgħa t-temp jaf jagħti ftit tan-nifs dan hekk kif se jqum ftit riħ.
Skont FirstMalta t-temperatura għal nhar il-Ġimgħa se tilħaq il-35C u  tinħass 39C, filwaqt li r-riħ Majjistral jibda jżid u jilħaq Forza 5.
L-għada, is-Sibt 12 ta’ Awwissu l-ogħla temperatura tilħaq il-31C u tinħass 32C, filwaqt li l-Majjistral jilħaq livell ta’ Forza 5 / 6.
Ir-riħ ikompli sal-Ħadd imma mbagħad jibda jikkalma ftit sakemm jilħaq Forza 3 / 4 iktar tard filgħaxija.
Intant f'Settembru mistenija tagħmel maltempata qawwija u għalhekk wieħed għandu jipprepara ruħu sew.
Ritratt: Ian Noel Pace