Filmat: Meta Malta rebħet iż-Zecchino d’Oro

Din il-ġimgħa għaddejja t-62 edizzjoni taż-Zecchino d’Oro, mill-Erbgħa 4 ta’ Diċembru sal-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru fl-4.30pm fuq Rai Uno u l-finali s-Sibt 7 ta’ Diċembru fid-9.30pm.

Għalkemm m’hemmx Maltin f’din l-edizzjoni taż-Zecchino d’Oro, fis-snin imgħoddija mhux l-ewwel darba li rajna l-parteċipazzjoni ta’ kantanti tfal Maltin.

Ara tiftakrux dawn il-kanzunetti:

1962: La Giacca Rotta – Kanzunetta Rebbieħa taż-Zecchino d’Oro, interpretata minn Raymond Debono

1962: John Sultana – Luna Park

1963: Vincent Cutajar – La Penna Nera

1964: La Piuma Rossa – Maryrose Darmanin

1966: Vincent Vella (Vinny Vella Jr) mat-Taljana Lorella Losi – Extramusicale-Giromagitondo

1982: Stefan Galea – Il-Merill Twitt Twitt

1993: Jacqueline Spiteri – Minnie (Pejxa)

2002: Christian Grech – Violino Mio (Il-Gugarell ta’ Qalbi)

2006: Nicole Azzopardi – La Dottoressa Lulù (Il-kor tal-annimali)

2009: Enya Magri – Castelli di Sabbia (Is-Sirena)

U jekk ma kontux tafu, fl-1962 kien hemm ukoll il kanzunetta Il Cavallino del West li kienet interpretata minn Paolo Olmi iżda li kienet miktuba minn Johnny Cassar