Meta lil Sharon Stone laqtitha sajjetta

L-attriċi ta’ 62 sena Sharon Stone fi ftit taż-żmien ieħor se tkun qed toħroġ il-ktieb The Beauty of Living Twice u li fih se tkun qed tirrakkonta bosta episodji minn ħajjitha li ftit li xejn huma magħrufa.

Proprju lbieraħ, waqt li kienet qed tagħmel podcast mal-attur Brett Goldstein, hi żvelat li ftit tas-snin ilu, meta kienet qegħda tgħaddi l-ħwejjeġ, kienet intlaqtgħet minn sajjetta.

Hi spjegat kif kienet qed ittella’ xi ilma mill-bir li kien hemm fid-dar biex wara timla l-ħadida u kien dak il-ħin li sajjetta laqtet il-bir tal-ilma, b’konsegwenza li għolliet lil Sharon u sabtitha mal-friġġ.

Hija qalet li ntilfet minn sensieha u kienet ommha li għenitha tiġi f’tagħha.

Wara l-attriċi kellha tmur l-isptar u għal 10 tijiem konsekuttivi kellha wkoll tagħmel l-ECG biex jaraw li qalbha kienet qed taħdem perfettament.

Din ma kienitx l-ewwel darba ta’ Stone fejn kważi rat il-mewt għax fl-2011 hija kienet ukoll sofriet minn puplesija, filwaqt li fl-2016 sofriet minn emoroġija f’moħħha li damet għal disat ijiem.

Hija tkellmet ukoll dwar inċident li kellha minn fuq iż-żiemel emta kellha 14-il senam fejn għal darb’oħra kellha tkun ommha li ssalvalha ħajjitha.