Meta l-Mużi tal-arti tbissmu f’Ħal Balzan

Gabriel Caruana, ċeramist u artist ta’ fama internazzjonali kien imwieled u għex f’raħal twelidu – Ħal Balzan. Huwa mhux biss kien jgħix f’dan ir-raħal, li llum kiber sew, imma ħajtu kienet imsawwra madwar l-attività tal-ħajja tar-raħal. F’dan is-servizz, infakkru lil Gabriel Caruana mhux biss bħala artist imma wkoll bħala benefattur tal-Każin tal-Banda San Gabriel.