Meta l-impjegati jilbsu r-roża…

Impjegati tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji marru x-xogħol lebsin ir-roża. Dan sabiex ikabbru l-għarfien dwar il-ġlieda kontra l-kanċer tas-sider.
Fi stqarrija, l-MFSA qalet li bħala parti mill-kampanja tal-Pink October,  l-impjegati sellmu lill-vittmi ta’ din il-marda filwaqt li ġabru flus għat-trattament u r-riċerka. B’kollox ġabru €700 li se jingħataw lil Breast Cancer Support Group.