Meta kull sekonda tgħodd

Il-Malta Resuscitation Council (MRC) temmen li meta xi ħadd isofri minn cardiorespiratory arrest, azzjoni immedjata minn nies fil-viċinanza tal-vittma hija kruċjali biex jiżdied iċ-ċans li l-ħajja tal-persuna tiġi salvata.
Il-Kunsill qal li lest jappoġġja djalogu biex jiġi implimentat il-Good Samaritan’s Act fil-qafas legali ta’ Malta.
Saħaq li f’każ ta’ emerġenza, sitwazzjoni li minnha nnifsiha hija diffiċli ferm, dawk li jagħtu l-ewwel għajnuna għandu jkollhom moħħhom mistrieħ li l-azzjonijiet b’intenzjoni ġenwini ma jiġux użati kontrihom f’kawża legali.
Inti taf x’għandek tagħmel f’każ ta’ emerġenza? Niżżel din l-App ta' Red Cross Malta b’xejn biex tkun fuqek stess minn fuq il-mobajl.