Giorgia meta jmissha terġa’ tkanta fil-Britain’s Got Talent?

Facebook

Wara li ttertaqna bil-Eurovision Song Contest, issa artista Maltija oħra se tkun qed ittertqilna l-qalbna fil-ġranet li ġejjin hekk kif Giorgia Borg se tkun qed terġa titla’ fuq il-palk tal-Britain’s Got Talent.

Il-kantanta ta’ 10 snin kisbet il-Golden Buzzer mingħand Alesha Dixon fl-edizzjoni tas-Sibt 27 ta’ April u b’hekk saret l-iżgħar artista solista li qatt ingħatat il-Golden Buzzer.

Minn mindu kisbet il-Golden Buzzer, Giorgia kisbet ħafna pubbliċita’ u l-filmat tal-interpretazzjoni tagħha tal-kanzunetta 10 waqt dan il-programm diġa’ qabeż it-8.1 miljun view fuq il-pjattaforma YouTube.

Filwaqt li d-data eżatta meta se tidher Giorgia Borg għadha mhux uffiċċjali, nistgħu ngħidulkom li d-dati tal-live shows, il-fażi tas-semi finali għal din l-edizzjoni ta’ Britain’s Got Talent, se jsiru bejn it-Tnejn 27 ta’ Mejju u l-Ġimgħa 31 ta’ Mejju.

Id-data tal-finali se titħabbar matul din il-ġimgħa li ġejja.