Meta jiġu Malta t-turisti jonfquhom f’ikel u xorb

Mill-aħħar rapport tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu jirriżulta li t-turisti li ġew Malta matul l-2013 nefqu l-maġġoranza tal-flus f’ikel u xorb.

Is-sena li għaddiet waslu miljun u nofs turist u b’kollox nefqu €1.44 biljun. Kull turist qisu nefaq f’Malta €910.

54.2% ta’ flushom nefquhom f’ikel, b’31% minnhom ġo restoranti u ħwienet oħra tal-ikel.
Nefqu 12% f’xiri ta’ souvenirs u ħwejjeġ u 2% f’xiri ta’ prodotti tat-tabakk.
Sakemm qagħdu f’Malta, 9% tal-flus, it-turisti nefquhom fi trasport li 3.3% minnhom fi trasport pubbliku.
Skont l-istatistika tal-MTA, matul is-sena l-oħra t-turisti żdiedu b’9.6% bl-aktar xahar popolari jkun Awwissu b’altar minn 218,000 turist. 35% tat-turisti saru jafu b’Malta grazzi għal xi qarib jew ħabib.  30% ġew għax raw xi riklam onlajn.
Kien hemm tnaqqis ta’ 23% fl-għadd ta’ turisti li waslu bil-cruiseliners u tnaqqis ta’ 8.5% fl-istudenti barranin.
Malta hi l-aktar magħrufa mal-Ewropej, l-aktar mal-Ingliżi, it-Taljani u l-Ġermaniżi.
L-Air Malta hi l-aktar linja tal-ajru li għażlu li jiġu biha t-turisti.  Warajha hemm Ryanair, Easyjet, Lufthansa u Alitalia.

Ir-rapport tal-MTA tista' tarah hawnhekk: