Meta ħierġa x-xemx?

Id-dinja dejjem maqsuma, u l-istess għat-temp!
Min jixtieq li jibqa' hekk, griż u bix-xota nieżla ktieli ktieli, u min jitlob għas-sħana u x-xemx.
Għalikom tal-aħħar, jew dawk li qed jibku biex inixxfu xi 4 biċċiet, għada se tittawwal ix-xemx.
Newsbook.com.mt ħares lejn żewġ siiti ta' tbassir tat-temp, u jidher li skont First Malta għada se toħroġ ix-xemx, għalkemm se jkollha ħafna ħbieb sħab madwarha.
Is-sit indipendenti jbassar ukoll li xi buffuri b'saħħithom se jinqalgħu minn ħin għal ieħor.
Is-Sibt imbagħad jidher li t-temp se jibqa' wieħed xemxi imma mirjieħ, b'qawwa xi mindaqqiet ta' forza 7.
L-Uffiċċju Meterjoloġiku ta' Malta mbagħad ibassar li l-Ħadd se toħroġ ix-xemx bis-sħab magħha.
Skontu, għada se jxarrab, għalkemm mhux il-ħin kollu.
Jiġri x'jiġri, jibqa' dawk li twieldu taħt l-istilla ta' San Tumas, u qabel jaraw ix-xemx ma joqogħdu fuq ebda tbassir!
Ritratt: Arkivji