Meta għandek tagħti l-karawett lit-tarbija?

It-trabi għandhom jingħataw il-karawett kmieni f’ħajjithom, minn tal-inqas minn meta jkollhom erba’ xhur.
Studji riċenti fl-Istati Uniti juru li dan iwassal għat-tnaqqis ta’ riskju ta’ allerġiji għall-karawett.
Jgħidu li r-riskju ta’ allerġija jonqos b’aktar minn 80%.
L-Istitut Nazzjonali għall-Allerġiji fl-Istati Uniti fakkar li t-tfal żgħar m’għandhomx jingħataw karawett sħiħ, minħabba r-riskju li jifgaw.
Normalment il-ġenituri jkunu mħassba dwar meta jintroduċu l-karawett lil uliedhom. Fil-passat kienu jingħataw parir li ma jagħtuhomx karawett qabel ma jagħlqu tliet snin.