​Meta ġej il-bnazzi?

Qisha kienet ferħa bla temma għal bosta, meta wara li doqna t-temp tar-rebbiegħa, erġajna bix-xita, riħ, ragħad u beraq.
Skont is-sit FirstMalta, fadlilna ftit x’nistennew, hekk kif qed jiġi previst li t-temp mistenni jibnazza sal-aħħar tal-ġimgħa d-dieħla.
Illejla, bejn il-11pm u s-7am hija mistennija xita rxiex.
Għada t-Tnejn, it-temp mistenni jkun ftit imsaħħab bl-ogħla temperatura tilħaq is-16-il grad Celsius.  It-temperaturi jibqgħu telgħin bil-mod matul il-ġimgħa, sakemm is-Sibt li ġej imissu t-22 grad.  L-indiċi UV mistennija jilħqu l-livell ta’ 7.
Ir-riħ mistenni jdur għall-Punent Lbiċ minn għada u jdur bil-mod sakemm is-Sibt ikun minn Nofsinhar.