Meta Angela kellha tarbija

Illum se naraw id-99 puntata tas-sensiela Sorelle li titwassal minn Rewind fuq TVM fil-ħin tat-3pm.

Illum se naraw lil Lorraine tinfixel b’dak li qalilha l-avukat ta’ Leo. X’se twieġbu? X’se jkun qiegħed iwegħidha jekk ma tixhedx kontra Leo. X’se tkun ir-risposta tagħha?

Fl-episodju tal-lum se mmorru lura fiż-żmien u naraw meta Angela kellha t-tarbija tagħha. X’kien ġara eżatt u x’ħolma kienet ħolmot?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa.