Messiku: Jinqatlu 6 persuni fosthom tarbija ta’ 7 xhur

Ibieraħ filgħaxija fl-istat ta’ Oaxaca fil-Messiku, inqatlu sitt persuni nqatlu, fosthom tarbija ta’ seba’ xhur u tfajla ta’ 14-il sena.
Fl-ewwel attakk, li sar fuq ix-xatt ta’ Pinotepa Nacional, inqatel negozjant ta’ 24 sena, ibnu ta’ seba’ xhur u martu li kellha biss 17-il sena. 
Kważi fl-istess ħin ukoll, imma fil-lokalità ta’ Miahuatlán, il-qattiela qatlu missier ta’ 40 sena u lil bintu ta’ 14. 
Martu weġġgħet gravi minħabba t-tiri tal-arma tan-nar u mietet aktar tard fl-isptar.