Messiku: Jagħmlu massakru waqt ċelebrazzjoni tat-tfal

11-il persuna, fosthom tfal, sfaw maqtula waqt ċelebrazzjoni fil-Messiku.
Tard ilbieraħ filgħaxija rġiel b’wiċċhom mgħammad daħlu f’residenza fl-istat ta’ Hidalgo, fejn kien hemm ċelebrazzjoni għaddejja f’tinda għal għeluq snin tifel.
X’ħin waslu fuq il-post il-Pulizija sabu erbat itfal ħajjin, filwaqt li l-bqija kienu kollha mejta riżultat ta’ diversi daqqiet ta’ armi ppuntati.
Riċentament il-Messiku ra żieda qawwija fil-vjolenza marbuta ma’ argumenti u diżgiwiti bejn gruppi differenti tad-droga.
Skont il-midja internazzjonali l-vjolenza issa ġiet estiża wkoll għal żoni li qabel kienu kkunsidrati bħala kalmi, inkluż Hidalgo, li tinsab biss ftit mili bogħod minn Mexico City.

F’Mejju biss ġew irrappurtati aktar minn 2,000 delitt minn madwar il-pajjiż kollhu, li jammontaw għal madwar 70 kuljum.