Messiku: Il-forzi tal-ordni fejn inqatlet sindku ġdid jgħaddu f’idejn il-Gvernatur

Fil-Messiku, il-Gvernatur tal-istat ta’ Morelos ħa t-tmexxija tal-forzi tal-ordni fi 15-il belt jew raħal wara l-qtil ta’ sindku, inqas minn ġurnata wara li ġiet eletta.
Skont il-Gvernatur, il-Gvern mhux se jibża’ mill-kriminalità organizzata.
Is-sindku l-ġdid, Gisela Mota, inqatlet b’tiri ta’ arma tan-nar f’darha stess, inqas minn 24 siegħa wara l-elezzjoni li ratha tirbaħ fuq l-avversarji tagħha.
Mota kienet wegħdet li tnaddaf il-belt, li hi magħrufa għall-problemi marbuta mat-traffikar tad-droga u l-kriminalità.
Il-Pulizija qatlu tnejn mill-erba’ persuni li attakkawha, u arrestaw lit-tnejn l-oħra.
Is-sena li għaddiet inqatlu diversi sindki fil-Messiku minn allegat traffikanti tad-droga.