Messi projbit milli jilgħab għal 3 xhur

Il-plejer u kaptan Arġentin Lionel Messi ġie projbit milli jilgħab futbol għal tliet xhur wara li allega li l-Copa America hi “korrotta”

Messi, li għandu 32 sena, tkeċċa waqt il-logħba kontra ċ-Ċili u wara qal li t-tazza hi mixtrija favur il-Brażil. Huwa ngħata multa ta’ $50,000 minn Conmebol, il-Konfederazzjoni tal-Futbol Tal-Amerika t’Isfel.

Messi għandu sebat ijiem biex jappella id-deċiżjoni ta’ sospensjoni.