Messi offrut somma konsiderevoli sabiex jingħaqad ma’ Man City

Skont il-gazzetta sportiva Spanjola Marca, Manchester City offrew lil Lionel Messi somma ta’ €100 miljun flimkien ma’ paga annwali ta’ €50 miljun ftit tax-xhur ilu sabiex jiksbu l-firma tiegħu u jingħaqad mat-tim li jilgħab fl-Etihad Stadium.
Bil-futur tal-plejer fil-Camp Nou illi għadu mċajpar, Messi għadu ma ffirma l-ebda kuntratt mal-Katalani kuntrarju għal dak li ġie rrapurtat aktar qabel dan ix-xahar. Ġie żvelat ukoll illi l-plejer Arġentin ġie offrut somma flus konsiderevoli biex jagħmel iċ-ċaqliqa lejn il-Premier League Ingliż.
Min-naħa tiegħu Messi qatt ma kellu l-intenzjoni illi jħalli lil Barcelona għalkemm s’issa jinsab b’futur xi ftit imħawwad hekk kif qed jistenna x’għandu jagħmel fil-jiem illi ġejjin.