Messi mhux mal-aqwa 11 tat-Tazza tad-Dinja

Għalkemm rebaħ il-premju bħala l-aqwa plejer tat-Tazza tad-Dinja, Lionel Messi tal-Arġentina ma sabx postu fost l-aqwa 11-il plejer tat-tornew.
Din il-lista tfasslet mill-FIFA wara li saret analiżi bil-kompjuter tal-prestazzjoni tal-plejers kollha li ħadu sehem.
Skont din l-analiżi, il-premju għall-aqwa plejer kellu jmur għand Toni Kroos tal-Ġermanja u mhux għand Lionel Messi.
L-aqwa ħdax huma l-gowlkijper Neuer, id-difensuri De Vrij, Hummels, Thiago Silva u Rojo, il-plejers ta’ nofs il-grawnd Kroos, Oscar, Lahm u James Rodriguez.
L-aqwa attakkanti huma Robben u Muller.