Messi l-aqwa plejer – Neur l-aqwa gowlkijper u Pogba l-aqwa żagħżugħ

Il-captain tal-Arġentina Lionel Messi tilef il-finali kontra l-Ġermanja iżda jista’ jikkonsla bil-premju tal-Ballun tad-Deheb tat-Tazza tad-Dinja, premju mogħti mill-Fifa lill-aħjar plejer tat-turnew. 
Il-premju tal-aqwa gowlkijper mar għand il-Ġermaniż Manuel Neur waqt li l-aħjar plejer żagħżugħ kien il-Franċiż ta’ Juventus Paul Pogba. 
It-tim Kolumbjan ħa l-premju tal-fair play.