Messi jżomm fil-mistur ix-xogħol ta’ karità li jagħmel

Lionel Messi hu rikonoxxut bħala wieħed mill-akbar fenomeni tal-futbol li qatt rat id-dinja. Kulħadd jaf lil Messi bħala r-rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb u l-attakkant li kulħadd jibża’ mill-ħila tiegħu bil-ballun.

Iżda jżomm fil-mistur ix-xogħol rimarkabbli ta’ karità li jagħmel.

Imqanqal mill-esperjenzi tiegħu bħala tifel marid fl-Arġentina, u li kien jeħtieġ injezzjonijiet ta’ kuljum biex jiġġieled il-problema fl-iżvilupp, Messi li għandu 32 sena, qed jipprovdi prinċipalment għajnuna permezz tal-Fondazzjoni Leo Messi lil tfal fil-bżonn.

Lura fl-2007, Messi ddeċieda li għandu jwaqqaf organizazzjoni ta’ karità. Dan għamlu wara li kien żar sptar f’Boston Massachusetts fejn iltaqa’ ma’ tfal morda b’mard terminali.