Messi jindaħal fl-akkwisti ta’ Barcelona

L-imġieba riċenti tal-plejer stilla ta’ Barcelona Lionel Messi qed tiġi evalwata sew mid-dilettanti tal-futbol inġenerali wara li skont il-gazzetta Ingliża The Daily Star, il-plejer Arġentin qed jindaħal lid-diriġenti tiegħu lil min iġibu bħala akkwisti ġodda għall-istaġun illi ġej.
Skont l-istess gazzetta, Messi ma jridx li l-attakkant ta’ Atletico Madrid Antoine Griezmann jingħaqad mal-klabb mill-Katalunja minħabba li jista’ jinfluwenza l-pożizzjoni tiegħu. 
B’dan kollu għaddej, ManchesterUnited jistgħu joħorġu favoriti illi jieħdu lill-attakkant internazzjonali Franċiż.