Messi jiffirma kuntratt ġdid

Sa fl-aħħar waslet il-firma tal-kuntratt ta’ Lionel Messi ma’ Barcelona.
Il-plejer ta’ 30 sena lbieraħ wara nofsinhar flimkien mal-aġent tiegħu, iltaqgħu mal-ogħla awtoritajiet tal-klabb Katalan sabiex jiffinalizzaw dan il-ftehim ta’ tliet snin.
Dan kollu jfisser illi Messi se jkollu klawsola ta’ €700 miljun li bla dubju jbiegħed kull min jixtieq jakkwistah. B’hekk huwa se jkun qatta’ 17-il sena mal-Blaugrana.
Messi kien ingħaqad ma’ Barcelona meta kellu biss 13-il sena meta kien inxtara mingħand Newell’s Old Boys.
Huwa skorja 523 gowl f’602 dehra bil-flokk aħmar u ikħal sabiex għen lill-klabb jirbaħ dak kollu li joffri l-futbol Ewropew u anke dinji fuq livell ta’ klabb.