Messi jibrilla hekk kif Barcelona jirbħu kontra Alaves

Barcelona bdew jiddefendu t-titlu tagħhom b’rebħa ta’ 3-0 kontra Alaves. Lionel Messi skurja żewġ gowls fit-tieni taqsima hekk kif il-plejer Arġentin kien determinanti sabiex it-tim tiegħu kiseb ir-rebħa. Messi, li rebaħ il-Ballun tad-Deheb ħames darbiet, skurja l-ewwel gowl tiegħu wara 64 minuta grazzi għal freekick li spiċċa fir-rokna l-baxxa.

Is-sostitut Philippe Coutinho għamilhom 2-0 favur it-tim ta’ Ernesto Valverde fit-83 minuta qabel Messi skurja gowl ieħor fil-ħin miżjud. La Pulga nħatar bħala l-captain il-ġdid ta’ Barcelona wara li Andres Iniesta ngħaqad mat-tim Ġappuniż Vissel Kobe f’Mejju l-għadda.