Messi hu l-aqwa plejer ta’ Fifa: ara r-riżultati

Il-plejer ta’ Barcelona Lionel Messi rebaħ l-unur ta’ Fifa bħala l-aqwa plejer. Jikkompetu miegħu kellu lil Crisitiano Ronaldo ta’ Juventus u lil Virgil van Dijk ta’ Liverpool. Din kienet is-sitt darba għal messi. Hu rebaħ l-istess premju fl-2009, l-2010, 2011, 2012 u l-2015.

L-attakkanta nazzjonali Amerikana Megan Rapinoe rebħet l-aqwa plejer fis-sezzjoni tan-nisa.

Il-coach ta’ Liverpool Jurgen Klopp rebaħ l-unur tal-aqwa coach wara li mexxa u għen lit-tim jirbaħ il-finali taċ-Champions League. Jikkompetu miegħu kellu lil Pep Guardiola, coach ta’ Manchester City u lill-coach ta’ Tottenham Mauricio Pochettino.

Wara li aċċetta t-trofew, Klopp annunċja li se jkun qed jingħaqad mal-inizjattiva Common Goal. Din kienet imnedija mill-midfielder ta’ Manchester United Juan Mata. B’hekk Klopp se jkun qed jagħti b’donazzjoni 1% tal-paga tiegħu għall-karità biex tingħata għajnuna lis-soċjetà.

Il-gowler ta’ Liverpool Alisson rebaħ l-unur tal-aqwa goaler. Jikkompetu miegħu kellu lil Ederson ta’ Manchester City u l-gowler ta’ Barcelona Marc-Andre ter Stegen.