Messaġġier jipprova jdaħħal mus fil-Qorti

Ħaddiem tal-Qorti ġie mmultat €180 wara li nstab ħati li pprova jdaħħal mus fil-Qorti. Il-każ seħħ f’Novembru li għadda.
Armando Debono ta’ 56 sena u li huwa messaġġier, instab ħati ukoll li kien fis-sakra f’post pubbliku u talli kiser il-paċi pubblika.
Il-każ instema’ quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri.