Aġġornata: Messaġġi fuq Kastilja, “Min qatel lil Daphne?”

Ftit tal-ħin ilu, grupp ta’ żgħażagħ proġettaw messaġġ fuq il-Berġa ta’ Kastilja, jistaqsi min qatel lil Daphne u jippuntaw l-impunità fuq Kastilja.
Diversi ritratti dehru fuq Twitter b’uħud jgħidu li l-messaġġi damu jidru għal madwar kwarta.
Jidher li l-grupp li jsejjaħ lilu nnifsu Kenniesa organizzaw din l-attività f’Kastilja b’numru ta’ nies jinġabru biex jaraw il-messaġġi pproġettati.
Dehru wkoll xi membri tal-Partit Demokratiku qalb il-folla żgħira li nġabret.
Sadanittant iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018, Jason Micallef, esprima r-rabja tiegħui għal dan l-aġir b'messaġġ fuq Facebook.